Napoli u Inter it-tnejn fallew milli jirbħu llum, b’dan ifisser li d-distakk ta’ punt bejn iż-żewġ timijiet jibqa kif inhu hekk kif nitħlu għall-aħħar partita l-ġimgħa d-dieħla. Napoli jokkupaw l-ewwel post tas-Serie A.
Napoli temmew fi draw ta’ bla gowls kontra Parma, bil-kowċ Antonio Conte tkeċċa fid-94 minuta biex se jitlef l-aħħar partita tal-kampjonat.
Intant Inter tilfu opportunità tad-deheb li jieħdu l-vantaġġ f’ras il-klassifika fl-aħħar ġurnata hekk kif temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Lazio. Yan Bisseck skorja l-ewwel gowl għan-Nerazzuri fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima.
Il-veteran Pedro jillivela l-iskor fit-72 minuta minn assist tal-eks Inter Vecino.
Denzel Dumfies ħaseb li skorja gowl importanti hekk kif reġa ta l-vantaġġ lil Inter fit-80 minuta.
Il-partita tisħon hekk kif iż-żewġ kowċis tkeċċes, Simone Inzaghi għal Inter u Marco Baroni. Bħal Conte, Inzaghi se jitlef l-aħħar partita fejn jista’ jara t-tim tiegħu jsiru rebbieħa tas-Serie A.
Pedro jiskorja penalty fid-90 minuta biex għamel l-iskor indaqs.
Roma għelbu b’faċiltà lil Milan hekk kif kisbu rebħa ta’ 3-1, biex b’hekk resqu viċin ta’ post mal-ewwel 4.
Gianluca Mancini jiskorja fit-tielet minuta minn assist ta’ Soule. Milan spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif tkeċċa l-attakkant Santiago Giminez. Madankollu r-Rossoneri rnexxielhom jiksbu d-draw permezz ta’ Joao Felix.
Leandro Parades u Bryan Cristante jiskorjaw fit-tieni taqsima biex jagħtu r-rebħa.
Spiċċa tkeċċes 4 kowċis, hekk kif fl-aħħar minuti anke Sergio Conceicao se jkun qed jitlef l-aħħar partita tal-istaġun, u probabli l-aħħar partita tiegħu bħala kowċ tar-Rossoneri.
Fiorentina resqu viċin l-ewwel sitta b’rebħa fuq Bologna ta’ 3-2.
Fabiano Parisi fetaħ l-iskor fit-13-il minuta għal Viola. Dalinga jagħmel l-iskor indaqs fil-61 minuta.
Amir Richardson skorja għal Fiorentina fis-67 minuta, qabel Orsolini jirrispondi 13-il minuta wara.
Moise Kean jiskorja l-gowl tar-rebħa fl-84 minuta.
Juan Miranda ta’ Bologna ntwera l-karta ħamra fit-88 minuta.
Juventus kisbu rebħa importanti biex resqu dejjem iżjed viċin post mal-ewwel erba’. Il-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima, bl-ewwel Nico Gonzales jiskorja fil-61 minuta minn assist tajjeb ta’ Kenan Yildiz. L-istilla Tork jerġa jkun protagonista fit-tieni gowl b’azzjoni individwali tibda mill-kaxxa tiegħu u tispiċċa b’pass filltranti lejn Vlahovic li xeħet ġewwa.
Lecce u Empoli t-tnejn rebħu l-konfronti tagħhom, biex żammew it-tama’ li jżommu posthom fis-Serie A.
Lecce għelbu lil Torino 1-0, jiskorja Yiber Ramadani.
Empoli għelbu lil Monza li huma diġa relegati 3-1. Monza skorjaw l-ewwel minn Samuele Birindelli. Empoli jiskorjaw 3 fit-tieni taqsima minn Colombo, Viti u auto-gowl ta’ Piazzignacco.
Intant, fiż-żona l-ħamra, Venezia jinsabu sieq ġewwa għas-Serie B hekk kif tilfu partita importanti kontra Cagliari ta’ 3-0. Gowls minn Yeri Mina u Roberto Piccoli fl-ewwel taqsima. Alessandro Deiola jiskorja fit-tieni taqsima.
Hellas Verona u Como temmew fi draw ta’ 1-1. Caqueret u Lazovic skorjaw għat-timijiet rispettivi tagħhom.
Is-Sibt
Genoa v Atalanta 2-3
Illum
Parma v Napoli 0-0
Monza v Empoli 1-3
Lecce v Torino 1-0
Juventus v Udinese 2-0
Inter v Lazio 2-2
H.Verona v Como 1-1
Fiorentina v Bologna 3-2
Cagliari v Venezia 3-0
Roma v Milan 3-1