Jasmine Paolini saret l-ewwel Taljana wara 40 sena li rnexxielha tirbaħ l-Open ta’ Ruma meta fil-finali għelbet lil Coco Gauff 6-4 6-2.
Paolini matul is-sena li għaddiet waslet ukoll fil-finali tal-Open ta’ Franza u Wimbledon. Hi saret l-ewwel mara sa minn Raffaella Reggi li rebħet l-Open ta’ Ruma.
Intant llum stennija għall-finali tal-irġiel hekk kif is-seed numru wieħed it-Taljan Jannik Sinner jilgħab kontra l-Ispanjol seed numru tlieta Carlos Alcaraz.
//= $special ?>