Il-Malta Football Referees Association ħarġet stqarrija ftit minuti wara li ntemmet il-finali tal-Meridianbet FA Trophy bejn Hibernians u Birkirkara, bil-Pawlisti li joħorġu rebbieħa biex ħadu l-11-il Trophy fl-istorja.
L-istqarrija nħarġet fuq is-sit uffiċjali tal-MFRA, fejn ġiet ikklarifikata d-deċiżjoni kontroversjali fejn tkeċċa d-difensur ċentrali tal-Istripes Alessandro Coppola wara biss 13-il minuta.
Il-MFRA stqarret li f’din id-deċiżjoni ġiet applikkata it-12-il regola fil-liġi, li tgħid li meta jsir foul li jiċħad minn opportunità ċara ta’ gowl barra mill-kaxxa, dan huwa bla dubju tkeċċija, u karta safra m’hijiex għażla.
Huma komplew jgħidu li l-azzjoni li ħa r-referee Malcom Spiteri kienet korretta, skont it-12-il regola fil-liġi 12 tal-IFAB.
//= $special ?>