F’lejla mimlija spettaklu f’Basel, l-Awstrija rebħet it-69 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest 2025 bil-kanzunetta ‘Wasted Love’ interpretata mill-kantant żagħżugħ JJ.
Il-kanzunetta, li tgħaqqad elementi ta’ pop u opera, ġiet miktuba minn JJ stess u kisbet total ta’ 436 punt, li wassluh għar-rebħa.
B’dan il-konkors wassal biex Iżrael tiġi fit-tieni post, u l-Estonja fit-tielet post.
Il-kantanta Maltija, Miriana Conte bil-kanzunetta “Serving”, spiċċat fis-17 il-post b’total ta’ 91 punt: 83 punt mill-ġurija u 8 punti mit-televoting .
Il-kanzunetta rebbieħa “Wasted Love” tgħaqqad elementi klassiċi u moderni, u qed tkun imfaħħra kemm għall-vuċi impressjonanti ta’ JJ kif ukoll għall-preżentazzjoni viżwali tagħha .
Din hija t-tielet rebħa tal-Awstrija fl-istorja tal-Eurovision, wara “Merci, Chérie” fl-1966 u “Rise Like a Phoenix” fl-2014.
L-Awstrija issa għandha tibda tħejji biex tospita l-Eurovision 2026, b’Vjenna jew Salzburg bħala l-ibliet l-aktar probabbli għal dan l-avveniment tant mistenni.
//= $special ?>