Futbol Sport

L-ewwel rebħa f’Malta għal Hi D. fi klassi Premier

Kenneth Vella

Misjuqa minn Jesmar Gafa’, l-Iżvediża Hi D. rebħet it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640 metru. Għamlet parti mit-23 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.

Erbatax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Flash De Celland (Paul Galea) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Hi D. (Jesmar Gafa’) u Carbonfiber (Rodney Gatt). Flash De Celland beda jnaqqas mill-ġiri madwar 500 metru mil-linja finali u eventwalment inqabżet minn Hi D. (Jesmar Gafa’) li ħadet l-ewwel rebħa f’Malta wara li fl-aħħar metri ikkontrollat l-assalt Hana AM (Justin Attard). Vincent As (Oliver Briffa) u Danilo H.B. (Christopher Grech) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Il-laqgħa nkludiet tliet semifinali mill-kampjonat Prix De Cabourg għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m metru. Fl-ewwel waħda, Honneur D’Isques (Jesmar Gafa’) ħa r-raba’ rebħa u t-tielet infila wara li kien il-ħin kollu quddiem. Ir-rebbieħ Excelebration (Charles Camilleri) u Hegoa Smart (Jesmar Gafa’) kellhom tmiem inċert fit-tieni semifinali. B’hekk tal-ewwel ħa l-ewwel suċċess f’Malta.  Charles Camilleri rebaħ ukoll it-tielet u l-aħħar semifinali permezz ta’ Heathrow li żied il-pass fid-dritta finali biex ħa l-ewwel rebħa staġjonali.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Emissoro (R. Schembri) Ħin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Bys Googoo Star (Ch. Camilleri) 3. Ideal Pierji (J. Gafa’) 4. Demon De La Besvre (R. Magro) 

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Vikens Takecool (N. Barbara) Ħin – 3.20.7” (1.16”) 2. Cash De Beauregard (J. Bowell) 3. Denco’s Ozzy O. (B. Camilleri) 4. Gunnar La Mesange (V. Fenech)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Patrick Silvio (P. Galea) Ħin – 3.18.5” (1.15.2”) 2. Imola Boko (N. Baldacchino) 3. Liza Bore (Ch. Camilleri) 4. Amalfi Jet (J. Gafa’)

IV Tiġrija. Semi Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) Ħin – 2.46” (1.17.6”) 2. Conflit (T. Demanuele) 3. Firstly Light (P. Galea) 4. Fakir Piya (R. Gatt) 5. Isseo De Nappes (D. Debono) 6. Hippolyte De Bois (R. Magro)

V Tiġrija. Semi Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fast Loulou (N. Baldacchino) Ħin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Gima Tege (R. Magro) 3. Gaia Lucaxelo (P. Galea) 4. Jaguar Des Caux (J.C. Pace) 5. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) 6. Influx Du Parc (R. Briffa)

VI Tiġrija. Semi Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Honneur D’Isques (J. Gafa’) Ħin – 2.38.9” (1.14.2”) 2. Golden Age (R. Gatt) 3. Gayle Galbe (R. Magro) 4. Hipanema Ellis (P. Galea)

VII Tiġrija. Semi Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Excelebration (Ch. Camilleri) Ħin – NTR  2. Hegoa Smart (J. Gafa’) 3. Genie Du Pin (J. Carabott) 4. Envol The Best (N. Baldacchino)

VIII Tiġrija. Semi Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Heathrow (C. Camilleri) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Hera De La Vallee (N. Baldacchino) 3. Ginko De La Vallee (P. Galea) 4. Flash Point (M. Debattista)

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Hi D. (J. Gafa’) Ħin – 3.16.2” (1.14.5”) 2. Hana AM (J. Attard) 3. Vincent As (O. Briffa) 4. Danilo H.B. (Ch. Grech)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. My Love M.L. (M. Farrugia) Ħin – 3.27” (1.18.5”) 2. Llama Tooma (J. Vassallo) 3. Secret Snap (R. Gatt) 4. First Des Pleignes (A. Farrugia)