Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix ta’ Emilia Romagna

(Ritratt: EPA)

Fl-Autodromo Enzo Dino Ferrari ntrebħet s-seba’ Grand Prix fil-Kampjonat ta’ din is-sena. F’Imola fil-Grand Prix ta’ Emilia Romagna kien hemm it-tieni suċċess għal Olandiz Max Verstappen li mit-tieni Grand Prix mirbuħ fil-Ġappun, ilbieraħ temm it-63 dawra taċ-ċirkwit f’siegħa, 31 minuta u 33.199 sekondi b’vantaġġ distakk ta’ 6.109 sekondi fuq il-Britanniku Lando Norris fuq McLaren.

Oscar Pistri tal-Awstralja fuq McLaren, rebbieħ ta’ erba’ Gran Prix fil-Kampjonat ta’ din is-sena, daħal fit-tielet post b’distakk ta’ 12.956 sekondi minn Verstappen. Fil-postijiet ta’ wara daħlu Lewis Hamilton għal Scuderia Ferrari; Alex Albon fuq Williams; il-Franciż Charles LeClerc għal Ferrari; il-Brittaniku George Russell fuq Mercedes . Bejn it-tmienja u l-għaxar post daħlu Carlos Sainz ta’ Spanja għal Williams; Isack Hadjar ta’ Franza għal Racing Bulls; u l-Ġappuniż Tsunoda għal Red Bull.

Wara l-Grand Prix ta’ Imola fil-klassifika tas-sewwieqa Oscar Piastri b’146 punt segwit minn Lando Norris b’133 punt, Max Verstappen 124 punt, George Russell b’99 punt bil-koppja ta’ Ferrari Charles LeClerc u Lewis Hamilton b’61 u 53 punt rispettivament.