Għal sena oħra ġiet organizzata edizzjoni tad-Distiguished Gentleman’s Ride b’risq l-inizjattiva ta’ Movember, li għandha l-għan li tkabbar kuxjenza dwar il-kanċer tal-prostata u s-saħħa mentali tal-irġiel.
Din l-inizjattiva hi organizzata fl-istess ġurnata f’elf raħal madwar id-dinja, u b’kollox ħadu sehem iżjed minn 122,000 sewwieq.
Id-Distinguished Gentleman’s Ride taf il-bidu tagħha fl-Awstralja fl-2012, u tiġbor flimkien sewwieqa ta’ muturi klassiċi u vintage, waqt li s-sewwieqa jkunu lebsin b’mod formali sabiex jiġbru l-fondi.
Net News tkellem ma’ Matthew Camilleri, il-bniedem responsabbli għal-organizzazjoni ta’ din l-attivita f’Malta, li spjega iżjed dwar x’inhi din l-attivita u l-għan tagħha.
Is-sewwieqa lokali ltaqgħu fil-pjazza tal-Mosta il-Ħadd fid-9am fejn mbad saqu madwar Malta, mbad f’xi l-10am waslu quddiem l-Akwarju Nazzjonali fil-Qawra.
Din is-sena, f’Malta, ħadu sehem 242 sewwieq, u b’kollox inġabru iżjed minn €15,000.




