Il-Papa Ljun XIV dalgħodu se jkun qed jiċċelebra l-quddiesa inawgurali tiegħu.
U fi Pjazza San Pietru, hemm aktar minn 300 fratell minn pajjiżna li ingħaqdu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew.
Qabel il-quddiesa, il-Papa Ljun għadda mill-Pjazza fuq il-popemobile; fejn sellem lill-folla.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika sellem ukoll lill-Maltin li jinsabu miġburin qalb eluf ta’ devoti.
Intant, waqt dan il-Ġublew tal-Fratellanzi, 320 fratell minn 17-il fratellanza minn pajjiżna ltaqgħu għall-quddiesa iċċelebrata mill-Kardinal Malti Mario Grech fil-Bażilika ta’ Santa Maria Sopra Minerva.
//= $special ?>