Lokali Qorti

Rumen arrestat ser jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ sensiela ta’ serq

Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), il-Pulizija ser tressaq raġel ieħor il-Qorti, b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn numru ta’ ħwienet madwar Malta fis-sajf tal-2023.

Huwa ser jitressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea.

Ir-raġel, Rumen ta’ 34 sena, inġieb Malta b’titjira minn Ruma tard il-Ġimgħa filgħaxija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew.