Sport Sport Ieħor

Sinner kontra Alcaraz fil-finali tal-lum fl-Open tal-Italja

Alcaraz u Sinner illum se jilgħabu kontra xulxin il-finali għar-rebħ tal-Open tal-Italja
Alcaraz u Sinner illum se jilgħabu kontra xulxin il-finali għar-rebħ tal-Open tal-Italja

Il-finali tal-irġiel tal-Open tal-Italja, turnament tat-tennis li qed jintlagħab bħalissa f’Ruma, se tkun bejn in-numru wieħed fid-dinja fil-mument, Jannick Sinner u Carlos Alcaraz. Kollox jindika li din għandha tkun finali ta’ lussu u li se tintlagħab illum il-Ħadd, hekk kif Sinner fis-semi-finali kien impressjonanti meta baqa’ jiġġieled sal-aħħar kontra l-Amerikan Tommy Paul, biex finalment rebaħ 1-6, 6-0, 6-3.

Sinner, li qed jilgħab f’pajjiżu, għaddej minn fażi tajba ta’ rebħ konsekuttiv, hekk kif b’din l-aħħar rebħa kontra Paul, hu issa llu 26 partita infila mingħajr telfa.

Fil-veritá l-finali tal-lum, fl-Open tal-Italja, setgħet kienet bejn żewġ plejers Taljani. Dan għaliex fis-semi-finali l-oħra, Alcaraz għeleb lill-avversarju mill-Italja, Lorenzo Musetti 6-3 7-6 (7-4) biex kien ir-rebbieħ ta’ erba’ grand slams fil-karriera tiegħu sal-lum, Alcaraz li avvanza għall-finali.

Kemm Sinner kif ukoll Alcaraz jidhru li jinsabu f’forma mill-aqwa u dan jawgura tajjeb sabiex fil-finali tal-lum il-Ħadd, f’Ruma, naraw spettaklu tal-aqwa tennis internazzjonali.