Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless sportiv tal-Kottonera ġie fi tmiemu l-kampjonat taħt il-ħmistax -il sena organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fl-aħħar logħba tagħhom Swieqi Phoenix Young Stars sponsorjat minn EY Malta rebħu lil Paola Maypole bl-iskor ta’ tliet sets għal xejn. B’hekk it-team immexxi minn Leonard Zammit Munro u Justin Montesin rebaħ il-kampjonat f’din il-kategorija għall-għaxar sena nfila u ma tilfux logħba f’għaxar snin.
Fi tmiem il-partita, Branko Vlahovic, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball ippreżenta t-trofew u l-midalji lill-istaff tekniku u players ta’ Swieqi. F’logħba oħra mill-istess kategorija, Birkirkara rebħu lil Falcons tliet sets għal xejn.
Fi tmiem il-ġimgħa ġie fi tmiemu wkoll il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-aħħar logħba iċ-champions u t-team promoss ta’ Paola Executive Security, immexxi minn Michael Magro u Antonio Borg, rebħu lil Swieqi Phoenix Challengers 3-0. B’hekk it-team minn Raħal Ġdid għalaq l-istaġun bla telfa u mingħajr ma jitlef lanqas set.
Ir-riżultati kollha
L-Ewwel Diviżjoni
Swieqi Phoenix Challengers Vs Paola Executive Security 0-3
Taħt il-Ħmistax -il Sena:
Swieqi Phoenix Young Stars Vs Paola Maypole 3-0
Birkirkara VC Vs Falcons 3-0
//= $special ?>