Lokali Parlament

17-il vettura mikrija mill-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali

Fil-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali  inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 17-il vettura  mikrija.

Dan kien ikkonfermat fil-Parlament mill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi. Kienet id-Deputa Nazzjonalista Julie Zahra li staqsiet fil-Parlament kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.

Il-Ministru ma weġibx dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b’direct order jew b’tender pubbliku. Lanqas ma wieġeb dwar l-ammont li nkrew u lanqas ma ta l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza.