Lokali Parlament

Abbużi kbar fuq carers fuq il-post tax-xogħol

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li qed isiru abbużi kbar fuq carers li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u tal-anzjani.

Paula Mifsud Bonnici qalet li se jkunu introdotti pieni iktar ħorox għal min jabbuża mill-ħaddiema. Hi sostniet li l-impjegati tal-kuntratturi għandhom taħt l-istess kundizzjonijiet li kienu qabel. Il-gvern qed jirreżisti l-implimentazzjoni tal-avviż legali dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi iżda hu l-gvern stess qed jirreżisti.

Il-ħaddiema effettwati għadhom f’sitwazzjoni prekarja u qed jiġu mċaħħda minn kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar. Dan jitfa’ dubji dwar kemm il-gvern hu mpenjat li verament jinforza l-liġijiet dwar l-impjiegi. Il-gvern stess qed jimmina d-drittijiet tal-ħaddiema u għalhekk il-gvern m’għandux jistenna li l-privat josserva l-liġijiet.

Paula Mifsud Bonnici qalet li l-carers li jaħdmu mal-kuntratturi huma propju dawk li l-gvern jixtri s-servizzi mingħandhom. Dawn huma carers li tant huma meħtieġa fl-isptarijiet u fid-djar residenzjali tal-anzjani.

Hi sostniet li minħabba s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ carers, m’hemmx għażla ħlief li jiddaħħlu carers barranin. Jeħtieġ li dawn il-carers ma jkunx sfruttuati b’pagi inqas, li ma jistgħux jieħdu sick leave, li għandhom diffikultà biex jiedu l-leave, jitħaddmu b’kuntratti definiti u kuntratti li ma jiġġedddux biex jinġiebu oħrajn b’pagi inferjuri.

L-abbuż hu iktar gravi għaliex dawn il-ħaddiema jibżgħu jieħdu azzjoni għax jitkeċċew mix-xogħol. Il-gvern ma jimpurtahx minn din is-sitwazzjoni, sostniet Paula Mifsud Bonnici.