Lokali Parlament

Ebda indikazzjoni meta se jaslu l-magni tas-Sleep Apnea li ilhom out of stock għal diversi xhur

Il-gvern għadu jrid jgħid fil-Parlament meta ser jaslu f’pajjiżna (jekk dawn għadhom ma waslux) il-magni tas-Sleep Apnea, peress li ilhom out of stock għal diversi xhur.

Dan intqal fil-Parlament mill-Ministri għas-Saħħa. Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsa fil-Parlament jistax il-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser jaslu f’pajjiżna (jekk dawn għadhom ma waslux) il-magni tas-Sleep Apnea, peress li ilhom out of stock għal diversi xhur.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal li dwar din il-materja, tweġiba tingħata f’seduta oħra.