Lokali

Ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta tkompli tiżdied

Matul ix-xahar ta’ April, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta kompliet tiżdied. U minn 2.1 fil-mija f’Marzu, issa telgħet għal 2.6 fil-mija.

Skont ċifri maħruġa mill-Eurostat, il-prezzijiet f’Malta komplew jiżdiedu – xahar wara l-ieħor. U hemm tendenza ċara ta’ żidiet li ilhom jinħassu qalb il-konsumaturi sa minn Novembru li għadda. Tant li l-inflazzjoni baqgħet tiżdied b’mod konsistenti.

Ħafna pajjiżi bħal Franza, Ċipru u d-Danimarka għandhom prezzijiet ferm aktar baxxi minn pajjiżna.

Interessanti l-fatt li meta fl-Ewropa kellek tnaqqis fl-għoli tal-ħajja, f’Malta rreġistrajna żieda.