Lokali

Jason Micallef jattakka lill-PBS wara r-riżultat ta’ Malta fil-Eurovision

L-esponent Laburista Jason Micallef ħareġ qatta bla ħabel jattakka lill-PBS wara r-riżultat li kisbet Malta fil-Eurovision ta’ din is-sena. Bid-Delegat Speċjali tal-PL jinsisti li r-responsabbiltà taqa’ kollha f’ħoġor il-PBS.

Din is-sena, Malta klassifikat fis-17-il post waqt il-finali ta’ Basel, b’91 punt.

Fuq il-midja soċjali, Jason Micallef ippubblika r-riżultati kollha li kisbet Malta fil-Eurovision mill-2014 ‘il hawn. B’ħafna mill-appassjonati ta’ dan il-festival jinsisti li din kienet botta diretta lejn it-tmexxija tal-PBS li fl-aħħar snin ma tatx riżultati sodisfaċenti.

Jason Micallef fakkar li l-PBS huwa responsabbli mill-bidu sal-aħħar għall-artist u l-kanzunetta.

“Kull deċiżjoni jeħodha biss il-PBS. Id-deċiżjoni tal-kanzunetta Maltija ta’ din is-sena, bil-kontroversja fit-titlu, apposta jew le, l-argumenti sħan mal-EBU, id-dehra tal-kantanta, l-ilbies, il-pożi, l-intervisti, kull stunt inkluż dak tal-kantanta f’roundabout titkarrab għall-voti, u l-istaging kollu – kienu kollha responsabbiltà esklussiva tal-PBS.”