Lokali

Ma weġġa’ ħadd f’inċident f’Ħal Qormi

Ma weġġa’ ħadd f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

Skont kelliema għall-Pulizija jirriżulta li fl-inċident li seħħ aktar kmieni dalgħodu, fortunatament, ma weġġa’ ħadd.

Aktar kmieni

Triq l-Imdina Ħal Qormi u t-toroq tal-madwar qed jesperjenzaw konġestjoni ta’ traffiku qawwija wara inċident fi Triq l-Imdina.

Jirriżulta li għall-ħabta tas-6.30 ta’ dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku li kkawża konġestjoni ta’ traffiku qawwi.

L-inċident ħalla waħda mill-karozzi involuti, li hi ta’ lewn iswed, spiċċat fuq il-bankina.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.