Internazzjonali

L-Eks President Amerikan Joe Biden jinstablu kanċer aggressiv

L-Eks President Amerikan Joe Biden irċieva aħbar xejn sabiħa hekk kif fl-aħħar jiem ħariġlu kanċer fil-prostata li nfirixlu sal-għadam.

Skont stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tiegħu, jirriżulta li matul il-jum tal-Ġimgħa, l-Eks President Amerikan li issa għandu 82 sena, irċieva l-aħbar li għandu kanċer fil-prostata u li nfirixlu wkoll fl-għadam… b’Biden jesplora l-aħjar kura li għandu bżonn.

L-istqarrija tgħid ukoll li l-kanċer huwa wieħed hormone-sensitive, u għaldaqstant jista’ jiġi kkontrollat b’mod effettiv.

Id-dijanjosi, tiġi wara li Joe Biden kellu problemi sinifikanti fis-sistema tal-eliminazzjoni tiegħu, huwa kien eżaminat u nstab li kellu nodule fil-prostata.

L-Eks President irtira mit-tellieqa għall-Presidenza tal-2024, wara pressjoni enormi minħabba l-età u s-saħħa tiegħu.