Daniel Attard, il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, jinsab investigat mill-awtoritajiet Belġjani b’suspetti ta’ aġir kriminali – inkluż tixħim. Dan hekk kif f’ittra indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, u ppubblikata minn Attard innifsu …. sar magħruf li l-awtoritajiet Belġjani ssottomettew talba sabiex titneħħilu l-immunità parlamentari.
Daniel Attard qed jiġi investigat bħala parti minn investigazzjoni dwar il-kumpanija Huawei li allegatament xtraw l-influwenza fl-Unjoni Ewropea grazzi għal xi Membri Parlamentari Ewropej. Iżda tajjeb wieħed jinnota li sa issa huwa isem Attard biss li pubblikament sar magħruf li l-awtoritajiet Belġjani talbu biex titneħħilu l-immunità parlamentari tiegħu.
Daniel Attard qed jisħaq li mar jara partita tal-Europa League bejn it-tim Belġjan ta’ Anderlecht u l-Ungeriżi tal-Ferencvaros fil-25 ta’ Settembru li għadda. L-MEP Laburista accetta biljetti b’xejn, u ħa post fi private box biex jara din il-loghba.
Minn hawn jibdew iqumu s-suspetti – u Attard minnufih rema għal kollox lill-Assistent Parlamentari tiegħu, ta’ nazzjonalità Ungeriża, hekk kif l-MEP Laburista spjega li kien hu li offrielu biex jakkumpanjah, flimkien ma’ ibnu, biex jaraw il-partita.
Attard insista li hu ma kellux idea li din kienet qed toriġina minn ċertu kumpanija, u li l-box fejn kien qed isegwi l-partita kienet tal-istess kumpanija.
Daniel Attard spjega li sar jaf wara li l-biljetti ġew minn persuna li kienet qed tiġi investigata…iżda ammetta li l-intenzjoni wara dan kollu kien biex lill-Attard dan l-individwu jkellmu dwar il-kumpanija Huawei.
Hu ammetta wkoll li waqt il-partita futbol…fl-eqqel ta’ atmosfera eċitanti li jkun hemm f’logħba ta’ dan il-livell…tqajjem is-suġġett tal-Huawei; tant li ġiet skedata laqgħa…liema laqgħa saret ġimgħatejn wara fi Strasburgu.
Daniel Attard qed jghid li ma ħa ebda azzjoni fil-konfront tal-kumpanija Huawei jew temi relatati oħrajn magħha. Iżda xorta qed ikun investigat kriminalment.
Tajjeb wieħed jinnota li l-biljett tal-partita ma ġiex iddikjarat minnu, ċioè ma jidher fl-ebda kotba, għaliex ma kienx jaqbeż il-€150, limitu stabbilit mir-regoli Ewropej.
Issa, l-Awtoritajiet Belġjani talbu biex l-immunità parlamentari tiegħu titneħħa. B’Attard jghid li se jkellem lill-Grupp tas-Socjalisti.
Intant, s’issa ghadu mhux car x’azzjoni se jkun qed jiehu Robert Abela fil-konfront tieghu.
//= $special ?>