Futbol Sport

Magħrufa l-ħames plejers finalisti għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-MFA

Il-ħames plejers finalisti tal-plejer tas-sena tal-MFA 2025
Il-ħames plejers finalisti tal-plejer tas-sena tal-MFA 2025

L-għada li ntlagħbet l-aħħar partita tal-istaġun 2024/25 fil-kalendarju tal-futbol Malti, fejn kelna tmiem mill-aktar eċitanti quddiem attendenza ta’ madwar 5,000 ruħ fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali, bil-finali tal-Meridianbet FA Trophy bejn Birkirkara u Hibernians, dalgħodu wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-MFA, Adrian Casha ħabbar fost l-oħrajn il-finalisti tal-Plejer tas-Sena tal-MFA.

Ir-rebbieħ se jkun magħruf nhar il-Ġimgħa li ġej f’serata speċjali li se tkun qed torganizza l-MFA, fejn fost l-oħrajn se jingħataw diversi unuri oħra f’kategoriji differenti.

Din se tkun is-70 darba fl-istorja tal-MFA li dan l-unur tant prestigjuż u individwali se jkun qed jingħata. Il-ħames finalisti, f’ordni alfabetika huma:

Henry Bonello (Ħamrun Spartans)

Bjorn Kristensen (Hibernians)

Alexander Satariano (Birkirkara)

Dunstan Vella (Floriana)

Carlo Zammit Lonardelli (Floriana)