Lokali

Mark Anthony Sammut jassisti fil-kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u Benevento għall-proġett ‘Air Save’

F’Ottubru 2023 Mark Anthony Sammut, Inġinier u x-Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà, attenda Laqgħa Interparlamentari tal-EUFORES, organizzazzjoni Ewropea li taħdem ma’ politiċi biex tqajjem kwistjonijiet marbuta ma’ enerġija sostenibbli u l-effiċjenza fl-enerġija. F’din il-laqgħa kienet saret preżentazzjoni minn riċerkatriċi mill-Università ta’ Benevento Elvira Rakova dwar l-effiċjenza ta’ sistemi ta’ arja kompressata li jintużaw fl-industrija.

Hu kien irrealizza li kien hemm ħafna xogħol konverġenti ma’ proġett ta’ riċerka li kien ra l-Università ta’ Malta meta kien mistieden għall-esebizzjoni tal-proġetti tal-aħħar sena tal-kors tal-Inġinerija, u minn hemm kien ikkuntattja lil Professur Paul Refalo biex jistabbilixxi kuntatt bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet akkademiċi.

U issa, Mark Anthony Sammut assista fil-kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u Benevento għal dan il-proġett ‘Air Save’, li bih qed jagħti aktar opportunitajiet ta’ riċerka lill-istudenti u l-akkademiċi Maltin biex inżidu l-effiċjenza u s-sostenibbilità fl-industrija.

Din il-ġimgħa grupp ta’ professuri mill-Università ta’ Benevento żaru l-Università ta’ Malta biex jiddiskutu l-proġett ‘Air Save’ u jkomplu jaħdmu fuq kollaborazzjoni dwar sistemi pneumatici sostenibbli.

Hu sostna li hu dejjem emmen fil-politika tar-riżultati, u ta’ ħidma favur Malta, u dan hu dak li qed jagħmel anke mill-Oppożizzjoni.