Lokali

Mozzjoni urġenti mressqa mill-Partit Nazzjonalista fir-Reġjun tal-Lvant

“Dak li għamilna huwa messaġġ ċar favur id-demokrazija – favur dak li hu sew. U bħala solidarjetà mal-ex Sindku Helen Gauci u n-nies tal-Għargħur.”

Hekk saħaq is-Sindku tal-Iklin Dorian Sciberras hekk kif f’Laqgħa tar-Reġjun Lvant, is-Sindki u l-bqijja tar-rapreżentanti tal-Kunsilli mmexxija mill-Partit Nazzjonalista ħarġu ‘l barra minn din l-istess laqgħa.

Dan bħala soledarjetà mal-ex Sindku tal-Għargħur u l-kumplament tar-residenti kollha, li ġew imċaħda minn dak li ivvutaw għalih – Kunsill immexxi mill-Partit Nazzjonalista

F’kumment li ta lil Net News is-Sindku tal-Iklin,  f’isem il-kumplament tas-Sindki Nazzjonalisti li jiffurmaw parti mir-Reġjun tal-Lvant – saħaq li dak li ġara fil-Għargħur huwa theddiha diretta għad-demokrazzija.

Intqal ukoll illi bil-manuvra anitdemokratika min naħa tal-Labour jista’ jkun li ‘l quddiem jiġu affetwati Kunsilli oħra b’maġġoranza Nazzjonalista. Dan anke wara t-theddid dirett li f’dawn il-jiem sar min esponenti tal-Partit Laburista – inkluż mid-Deputat Mexxej Alex Agius Saliba.