L-MEP Laburista qed jiġi investigat kriminalment mill-Pulizija Belġjana b’rabta mal-iskandlu ta’ korruzzjoni tal-Huawei
Robert Abela għandu jiddikjara mill-aktar fis x’passi se jkun qed jieħu fil-konfront tal-EwroParlamentari Laburista Daniel Attard li qed jiġi investigat mill-Pulizija Belġjana.
L-MEP Laburista qed jiġi investigat b’rabta mal-iskandlu ta’ korruzzjoni tal-Huawei li jinvolvi tixħim u korruzzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej biex jiġu aġevolati l-interessi kummerċjali ta’ din il-kumpanija.
L-awtoritajiet Belġjani talbu li titneħħielu l-immunità Parlamentari li jgawdi minnha bħala MEP biex ikun jista’ jiġi investigat kriminalment. Sa issa Daniel Attard huwa l-uniku MEP li nafu li ntalbet li titneħħielu l-immunità dwar dan l-iskandlu.
Biex jiddefendi lilu nnifsu, l-MEP Laburista diġà qed jipprova jsib l-iskużi billi jdawwar l-attenzjoni fuq l-Assistent tiegħu.
L-iskandlu ta’ korruzzjoni tal-Huawei jinvolvi allegat tixħim ta’ Assistenti u issa anke MEPs fil-Parlament Ewropew permezz ta’ rigali li jinkludu vjaġġi u inviti regolari għal logħob tal-futbol biex min-naħa tagħhom dawn jinfluwenzaw deċiżjonijiet politiċi li jaġevolaw interessi kummerċjali fuq livell Ewropew. L-iskandlu jinvolvi wkoll ħasil ta’ flus.
//= $special ?>