Tħabbret il-mewt bikrija ta’ Erdeniz Şen, Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija għal Malta.
L-Ispeaker ta’ Malta Anġlu Farrugia esprima l-ikbar kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-Ambaxxatur u lill-awtoritajiet Torok, u joffri l-ikbar simpatija u s-solidarjetà tiegħu f’dan il-mument diffiċli.
L-Ispeaker Farrugia enfasizza r-relazzjoni professjonali mill-qrib li żviluppa mal-Ambaxxatur Şen matul iż-żmien li dam jaqdi l-kariga tiegħu f’Malta, u nnota l-isforzi bla waqfien tal-Ambaxxatur biex jippromwovi ftehim u koperazzjoni reċiproka bejn il-Parlamenti ta’ Malta u tat-Turkija.
Permezz tal-approċċ proattiv u impenjat tiegħu, Şen kellu rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-djalogu u l-kollaborazzjoni kemm fuq livell bilaterali kif ukoll fuq livell multilaterali. Il-kontribut tiegħu lejn l-approfondiment tal-ħbiberija bejn il-popli u l-istituzzjonijiet tagħna ħalla legat importanti.
//= $special ?>