“125 sena ta’ storja li fil-qofol tagħha għandha familja li baqgħet dejjem taħdem sabiex il-ħobża Maltija żżomm postha fuq il-mejda tal-ikel.”
Sostna dan id-Direttur tal-Maypole Sebastian Debono – persuna li ismu huwa sinonimu ma’ din il-kumpanija, li din is-sena qed tiċċelebra l-125 sena tagħha.
Net News kien preżenti fil-fabbrika tal-Maypole, hekk kif flimkien ma’ Sebatian Debono żorna sezzjonijiet varji mill-istess fabbrika; fejn fost l-oħrajn kien hemm bosta impjegati jaħdmu xogħol differenti. Mill-ħobż tradizzjonali, sa pasti u deżerti.
Sebastian Debono saħaq li t-tir tiegħu u tal-kumpanijja hu li jkomplu jibnu fuq din l-istorja kif għamel qablu missieru. Ħidma sabiex dak li hu Malti jkun preservat u onorat kif jixraq.
Hu tkellem dwar kif il-ħobża Maltija għal perjodu ta’ snin kienet qiegħda tinqata’, però bis-saħħa tal-ħidma ta’ missieru u ta’ furnara oħrajn, il-ħobża nazzjonali, li hija simbolu għalina lkoll, reġgħet ħadet posta fuq il-mejda tal-ikel tal-Maltin.
Intant, il-qofol ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ser tintlaħaq b’open day fil-fabbrika f’tal-Ħandaq – fejn fost l-oħrajn ser isiru wkoll bosta esebizzjonijiet.
Dawk preżenti ser ikollhom opportunità anke jsegwu l-ħidma mill-viċin tax-xogħol fuq il-ħobż. Dan apparti attivitajiet għall-familja kollha.
//= $special ?>