Charles Azzopardi, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fl-aġġornament tal-Parlament li fil-Għargħur il-PL irid jieħu dak li m’għandux dritt għalih.
Charles Azzopardi qal li fl-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ir-residenti tal-Għargħur taw il-fiduċja tagħhom lill-PN. Fil-Għargħur dejjem kien hemm maġġoranza tal-PN u dejjem kien hemm l-għaqda.
63% għażlu lill-PN fil-Għargħur iżda l-PL, għax hu motivat politikament, daħal biex jagħmel il-bsaten fir-roti. Il-PL hu differenti f’dak kollu li jgħid partikolarment dwar it-trasparenza u l-kontabbiltà. Fil-fatt, il-PL ikun l-ewwel wieħed li jkun antidemokratiku fl-azzjonijiet tiegħu.
Charles Azzopardi qal li l-PL jemmen l-allegazzjonijiet meta jaqbillu biex jipprova jirbaħ punti politiċi. Hu kompla li l-PL irid jieħu dak li mhuwiex tiegħu fil-Għargħur. Dan hu Gvern Laburista, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-Eks Sindku Helen Gauci kisbet 869 vot li jfisser daqs il-voti kollha li flimkien ġabu dawk li waqqgħuha minn sindku.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PL hu partit antidemokratika waqt li l-PN iħares id-demokrazija u d-drittijiet. Il-PL tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li lill-Gvern Laburista ma tistax tafdah. Hu wera solidarjetà ma’ Helen Gauci u mal-Għargħurin li taw l-appoġġ lill-PN.
Il-PL ma jemminx fil-kunsilli lokali u kien għamel l-istess fl-2018 meta ħoloq instabbiltà fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dan wassal biex is-sindku ta’ dak iż-żmien, Graziella Galea, kellha tirrżienja minħabba l-ħsara li kien għamel il-PL. Il-Qorti kienet iddeċidiet li l-maġġoranza Nazzjonalista kellha mandat biex tkompli. Illum dan ma jistax isir għaliex il-gvern biddel il-liġi b’mod li llum ma tistax tagħti raġun lil min għandha tagħti raġun.
Charles Azzopardi appella biex għada l-Erbgħa 21 ta’ Mejju 2025, iċ-ċittadini jilqgħu l-appell tal-PN u jmur fil-Għargħur f’rally favur id-demokrazija.
//= $special ?>