Gżira United rebħu l-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s biex kisbu r-rebħa li kellhom bżonn għar-rebħ tal-Kampjonat.
Ir-rivali diretti, Floriana rebħu wkoll il-konfront tagħhom kontra Malta Football Players Association.
Kontra Birkirkara St.Helen’s, Gżira kienu fuq l-offensiva sa mill-bidu tal-partita fejn fetħu l-iskor permezz ta’ Kurt Magro li għeleb lil Anthony Micallef bejn il-lasti ta’ Birkirkara. Fit-22 minuta, Gżira rduppjaw l-iskor permezz ta’ freekick preċiż ta’ Arthur Oyama bl-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 2-0.
Fit-tieni taqsima, Birkirkara daħlu fil-partita permezz ta’ Luke Satariano minkejja li Gżira wettqu reazzjoni b’gowl ieħor minn Kurt Magro b’ Andrew Xuereb jgħamel l-iskor 4 – 1.
Fi tmiem il-partita il-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-trofew lill-captain tal-Gzira Veterans Jonathan Pearson.
Fl-istess waqt, Floriana għelbu liċ-champions Malta Football Players Association 5-2 b’gowls minn Glenn Bonello, Donavan Friggieri u Trevor Cilia filwaqt li Thomas Paris skorja darbtejn għal Malta Football Players Association.
//= $special ?>