Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara li żewġ karozzi ħadu n-nar fis-Siġġiewi

Il-Pulizija qed jinvestigaw każ ta’ nirien li seħħ fi Triq il-Mitħna fis-Siġġiewi matul il-lejl li għadda.

Kelliem għall-Korp ikkonferma li kien għall-ħabta ta’ 12:15am meta daħlilhom rapport dwar żewġ karozzi li ħadu n-nar.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, għalkemm fil-post issejħu mal-ewwel il-pumpieri tas-CPD biex jikkontrollaw in-nirien.