Il-Fratellanza Madonna tal-Karmnu Żurrieq tibki t- telfa ta’ Gakki Vella fejn fis-sigħat li għaddew għadda għal ħajja ta’ dejjem.
Huma qalu: “Aħna ċerti li sab lil Madonna tal-Karmnu tistennieh fil-bieb tal-ġenna għax taf kemm ħabbha matul ħajtu.”
Gakki Vella għamel żmien twil ukoll fil-kumitat tal-fratellanza u dejjem kien jagħti pariri siewja fl- organizzar tal-festa interna. Il-kumitat minn naħa tiegħu jagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familja u l-ħbieb tiegħu.
L-aħħar tislima sejra tingħatalu l-Erbgħa 21 ta’ Mejju fit-7.45am fil-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq. Nagħtu l-kondoljanzi lil martu Kristina u lil uliedu Joseph Vella, Lucienne Vella, Bernard u Karmenu.
//= $special ?>