Huwa ċar li l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard ma jridx li ssir elezzjoni fil-Għargħur.
Dan irriżulta b’mod evidenti mill-kummenti li ta lil Net News, meta wasal biex iddikjara li l-Labour mexa bi proċess demokratiku – minkejja li seraq it-tmexxija tal-Kunsill tal-Għargħur, meta l-PN għandu maġġoranza ta’ 62 fil-mija.
Filwaqt li fil-Għargħur, is-Sindku eletta demokratikament Helen Gauci ġabet aktar voti waħidha milli ġabu f’daqqa t-tliet kunsillieri li neħħewha mill-kariga, il-Partit Laburista qed imur kontra r-rieda tal-maġġoranza. U jrid jikkmanda hu billi impona vot ta’ sfiduċja li kien motivat politikament.
Huwa propju għalhekk li l-Erbgħa fis-6.30pm, il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ lin-nies għal ‘Rally favur id-Demokrazija’ – sejħa biex in-nies jinġabru quddiem il-Każin tal-Partit Nazzjonalista sabiex isemmgħu leħinhom kontra min qed jattakka u jkasbar id-demokrazija.
//= $special ?>