Futbol Sport

Kampanja dwar imġieba pożittiva fil-futbol taż-żgħażagħ

B'kollaborazzjoni bejn l-IFF, l-MFPA u l-Youth FA, għadha kemm tniedet kampanja dwar imġieba pożittiva fil-futbol taż-żgħażagħ.
B'kollaborazzjoni bejn l-IFF, l-MFPA u l-Youth FA, għadha kemm tniedet kampanja dwar imġieba pożittiva fil-futbol taż-żgħażagħ.

Il-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol (IFF), il-Malta Football Players Association (MFPA) u l-Youth Football Association qed jingħaqdu flimkien biex titnieda kampanja ta ’għarfien dwar imġieba pożittiva fost il-ġenituri, il-kustodji legali, il-kowċis u l-partitarji b’mod ġenerali waqt il-logħbiet u l-attivitajiet tal-futbol tat-tfal u żgħażagħ.

L-attivitajiet u inizjattivi li se jsiru bħala parti minn din il-kampanja huma ispirati mis-slogan, ‘Let Us Play – Our Dreams, Our Game’ (Ħ‘alluna Nilagħbu – Il-Ħolm Tagħna, Il-Logħba Tagħna’). Lgħan ewlieni hu li ninkoraġġixxu lill-adulti biex jappoġġjaw lil uliedhom b’mod pożittiv, u jagħmlu l-logħba aktar divertenti u inklussiva għal kulħadd.

Il-ġenituri u l-kowċis għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp ta ’wliedna, kemm fil-futbol kif ukoll f’termini ta ’formazzjoni tal-karattru. Filwaqt li l-appoġġ tagħhom u s-sagrifiċċji li jagħmlu ċertament jistħoqqilhom l-apprezzament tagħna, ix-xewqa li jaraw lit-tfal jagħtu l-aħjar tagħhom, jeċċellaw u jiksbu suċċess tista’, xi drabi, twassal għal pressjoni eċċessiva li jista ’jkollha effett negattiv fuq il-kunfidenza u l-moral fuq tfal u żgħażagħ li jipprattikaw il-futbol.

Huwa għal din ir-raġuni li l-IFF, l-MFPA u l-Youth FA qed jingħaqdu flimkien biex iwettqu din ilkampanja li tnediet waqt il-festival annwali ta ’taħt id-disa’ snin, organizzat mill-Youth FA nhar isSibt li għadda fir-Rabat Ajax Ground fl-Imtarfa. Total ta ’18-il nursery ħadu sehem f’dan il-festival.

Messaġġ b’saħħtu

It-tfal parteċipanti żammew banner ikkulurit li wassal il-messaġġ prinċipali tal-kampanja filwaqt li Josie Cassar, Direttur tal-Amministrazzjoni fi ħdan l-IFF, u Stephanie Rocco, is-Segretarju Ġenerali tal-Youth FA, wasslu dan messaġġ qasir iżda b’saħħtu lill-ispettaturi:

“Ilkoll inħobbu lit-tfal tagħna u rridu l-aħjar għalihom. Mhux hekk biss, lesti nagħmlu minn kollox biex narawhom kuntenti imma ejjew inkunu onesti… L-imġieba tagħna waqt l-attivitajiet tal-futbol tassew qed tinkoraġġihom jesprimu lilhom infushom u jsiru persuni u plejers tal-futbol aħjar?

“Enerġija pożittiva toħloq mentalità pożittiva imma kummenti negattivi, għajjat u pressjoni eċċessiva jaffettwaw il-moral u l-mentalità tagħhom.

“Id-darba li jmiss li nidħlu f’post tal-futbol, ejjew niffokaw fuq li nkunu pożittivi u ninkoraġġixxu lil oħrajn biex jagħmlu l-istess.

“Il-bidla tibda minna!”

Il-kampanja se tiġi promossa f’avvenimenti tal-IFF u l-Youth FA matul it-12-il xahar li ġejjin fosthom festivals, u attivitajiet li jinvolvu amministraturi u kowċis tan-nurseries. Posters se jitqassmu lin-nurseries biex jitwaħlu f’postijiet prominenti f’żoni pubbliċi. Dawn l-isforzi se jkunu konsolidati wkoll minn kampanja fil-media.

Ħallu lit-tfal jilgħabu u jieħdu gost

It-tema ta’ din il-kampanja tirrifletti wkoll il-filosofija ta’ Fr Hilary Tagliaferro, il-fundatur talYouth Football Association u pilastru tal-futbol taż-żgħażagħ f’Malta, li ilu jenfasizza l-benefiċċji li ninkoraġġixxu lit-tfal tagħna biex ikunu kreattivi, jesprimu lilhom infushom u jgħixu l-futbol bl-imħabba.

Waqt festival organizzat mill-IFF u l-Youth FA ftit tal-ġimgħat ilu, Fr Hilary wassal dan ilmessaġġ: “Nappella lill-ġenituri u lill-kowċis… rawmu l-imħabba u l-passjoni lejn il-logħba talfutbol fost it-tfal imma tagħmlux pressjoni żejda fuqhom. Ejja nħeġġuhom biex jesprimu lilhom infushom u jkunu kreattivi.”

Il-kampanja dwar imġieba pożittiva fil-futbol tat-tfal u żgħażagħ tifforma parti minn eplay, proġett internazzjonali appoġġjat mill-UEFA u anke l-Unjoni Ewropeja li jippromwovi imġieba xierqa msawra fuq il-prinċipju tal-Fair Play fost il-ġenituri ta ’tfal bejn it-8 u l-14-il sena li jilagħbu l-futbol. Il-Malta Football Association hija waħda mill-imsieħba fil-proġett eplay.