Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Taħseb li wasalt, fejn għadek tkun lanqas bdejt” – Noel Galea Bason

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Noel Galea Bason. Mal-profil se nkunu qed nitħaddtu dwar it-tfulija tiegħu, dak li ressqu lejn l-arti u d-disinn.

Il-profil se jkun qiegħed jidħol fid-dettall dwar in-namur lejn dan kollu. L-esprejenzi tiegħu f’Ruma u anki se jkellimna dwar wirjiet li tella’ f’numru ta’ pajjiżi, inkluż anki fil-Jugoslavja.

Noel Galea Bason se jaqsam magħna wkoll il-mumenti meta ġie fdat jagħmel id-disinn il-muniti tal-ewro li llum nużaw. Dan apparti x-xogħol fuq il-monumenti tal-Eks Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Duminku Mintoff.

PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Liam Briffa, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.