Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola ltaqgħet mal-preżentatriċi Amerikana u ikona għal bosta madwar id-dinja, Oprah Winfrey.
Huma ltaqgħu f’Ruma, hekk kif it-tnejn kienu qed jattendu għall-quddiesa inawgurali ta’ Papa Ljun XIV fil-Vatikan. Matul il-laqgħa tagħhom, Metsola u Winfrey tkellmu dwar l-isfidi li n-nisa jaffaċċjaw fil-politika u fin-negozju u kif l-Ewropa qed taħdem biex tindirizza din is-sitwazzjoni.
Il-President Metsola stiednet lil Oprah Winfrey biex iżżur Malta u Għawdex u tiskopri s-sbuħija ta’ pajjiżna.
//= $special ?>