Filwaqt li għadhom qed ifittxu fekruna partikolari fix-Xlendi, Wildlife Rescue Team Malta, numru ta’ għaddasa innuttaw fekruna li kienet teħtieġ għajnuna, hekk kif kellha magħha xbieki tas-sajd.
L-għaddasa ġabuha sal-art, u bdew il-proċess biex tiġi ttrasportata lejn iċ-ċentru għar-riabilitazzjoni tal-Wildlife Rescue Team Malta.
Wildlife Rescue Team Malta irringrazzjaw lill-għaddasa talli aġixxew malajr u ġabru l-fekruna, lil Gozo Channel Operations Limited għall-għajnuna tagħhom, u lill-voluntiera kollha li kienu involuti fit-trasport tagħha.

Il-fekruna li ġiet salvata ssemiet Loona, u hija taħt il-kura tal-veterinarju tagħhom biex isirulu eżamijiet.
L-annimali kollha li jsalvaw Wildlife Rescue Team Malta huma speċi protetti, u huwa illegali f’Malta li jinżammu bħala pets.
//= $special ?>