Kunsilli Lokali Lokali

“Sraqtuna” – għada se jsir ir-‘Rally favur id-Demokrazija’ fil-Għargħur

F’Ġunju li għadda n-nies ta’ Ħal Għargħur ivvutaw b’maġġoranza qawwija biex jeleġġu Kunsill Lokali mmexxi mill-Partit Nazzjonalista, u għal Sindku tal-PN. F’dik l-elezzjoni l-PN kiseb 62.3% tal-voti, waqt li l-Labour ġab biss 37.7%.

Imma f’manuvra anti-demokratika orkestrata minn Robert Abela bil-barka tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, b’vot ta’ sfiduċja fis-Sindku eletta Helen Gauci li kien motivat politikament, il-Labour ġie jaqa’ u jqum mill-vot tal-Għargħurin u qed imur kontra r-rieda tal-maġġoranza biex jikkmanda hu.

Għada in-nies għandhom jinġabru f’Ħal Għargħur biex isemmgħu leħinhom kontra min irid ikażbar id-demokrazija u juru solidarjetà mar-residenti ta’ Ħal Għargħur.

Ir-Rally għad-Demokrazija se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

GĦADA: quddiem il-Każin tal-PN ta’ Ħal Għargħur fis-6:30pm.