Selhurst Park
Crystal Palace 4 Wolves 2
Mir-rebħ tal-FA Cup, kompliet is-serje pożittiva ta’ Cystal Palace li fi tmiem is-37 ġurnata bit-13-il rebħa fil-Kampjonat telgħu fit-12-il post bi 52 punt.
Fl-24 minuta Wolves fetħu l-iskor permezz ta’ EMMANUEL AGBADOU li minn azzjoni ta’ Larsen għeleb lil Dean Henderson. Gowl li wassal għal reazzjoni immedjata minn Crystal Palace tant li tliett minuti wara minn pass ta’ Romain Esse’ kien EDDIE NKETIAH li għeleb lil Daniel Bentley.
Fit-33 minuta Crystal Palace fil-vantaġġ mill-ġdid b’gowl ta’ EDDIE NKETIAH minn azzjoni ta’ Ismaila Sarr. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess, bi Crystal Palace jagħmlu l-iskor 3 – 1 b’gowl minn BEN CHILWELL.
Reazzjoni minn Wolves li fit-62 minuta minn azzjoni ta’ Jean Ricner Bellegarde kien JORGEN STRAND LARSEN li għeleb lil Henderson 3 – 2. L-iskor sar 4 – 2 fis-86 minuta meta minn azzjoni ta’ Justin Devenny, EBERECHI EZE għeleb lil Bentley u għalaq il-partita.
Etihad Stadium
Manchester City 3 Bournemouth 1
Mill-aħħar diżappunti Manchester City ftit tħabtu biex jiksbu l-20 rebħa fejn bi 68 punt saħħew posthom fit-tielet post u post garantit fic-Champions League li jmiss.
Wara biss 14-il minuta Manchester City fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Mateo Kovacic kien OMAR MARMOUSH li għeleb lil Kepa Arrizabalaga. Reazzjoni limitata minn Bournemouth l-aktar wara li fit-38 minuta minn azzjoni ta’ Ilkay Gundogan, kien BERNARDO SILVA li mill-ġdid għeleb lil Arrizabalaga. 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima wara li fis-67 minuta tkeċċa Kovacic għal Manchester City u sitt minuti wara, Lewis Cook għal Bournemouth, u fid-89 minuta kien NICO GONZALEZ, minn azzjoni ta’ Matheus Nunez, għamel l-iskor 3 – 0 sabiex fit-98 minuta kien DANIEL JEBBISON li għeleb lil Ederson biex naqqas l-iskor għal Bournemouth.
//= $special ?>