Ewropa

“Ftehim komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu jkun l-għan tagħna” – Il-President Metsola

Waqt li indirizzat il-konferenza Forum Europa fi Brussell illum, Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola tkellmet dwar il-ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit ta’ din il-ġimgħa. Hija qalet li dan huwa progress reali, filwaqt li rreferiet għall-kooperazzjoni iktar fil-fond dwar il-kummerċ, id-difiża u s-sajd, fost oħrajn.

Il-President Metsola appellat biex l-UE tkun mexxejja globali f’setturi bħall-Intelliġenza Artifiċjali, fil-mediċini ġodda, fl-esplorazzjoni tal-ispazju u l-innovazzjoni fil-klima. Hija ħeġġet lill-Unjoni Ewropea biex tisfrutta s-saħħa kollettiva tagħha biex issawwar ir-rivoluzzjoni industrijali li jmiss.

Il-President Metsola qalet li dan ifisser li titlesta l-Unjoni tat-Tfaddil u l-Investiment, mira li l-Ewropa sempliċement ma tistax taffordja li titlef.

Il-President Metsola ġiet introdotta mill-MEP Soċjalista Spanjol Javi López, li faħħar it-tmexxija tal-President Metsola u r-rwol tagħha fit-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea matul żminijiet mqallba.

Lopez ikkonkluda li fil-mandat tagħha, il-President Metsola pprovdiet stabbiltà, u saħħet il-vuċi tal-Parlament Ewropew biex sar wieħed mill-aktar vuċijiet qawwija u rispettati fid-dibattiti Ewropej kbar tal-lum.