Futbol Sport

Gowl ta’ Brennan Johnson jagħti l-ewwel tazza Ewropea lil Tottenham wara 41 sena

F’Bilbao fi Spanja, Tottenham Hotspurs rebħu il-UEFA Europa League wara li fil-finali għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 1-0.

Għal Tottenham din kienet l-ewwel trofew għal club wara 17-il sena bl-aħħar unur ikun dak tal-Carabao Cup, magħrufa dak iż-żmien bħala l-Carling Cup. Fl-Ewropa din kienet l-ewwel unur għal Tottenham għal aktar minn 40 sena, hekk kif kienu rebħu l-UEFA Cup fl-1984.

Intant, b’aspettativa kbira miż-żewġ settijiet ta’ partitarji, wara l-istaġun domestiku xejn pjaċevoli li kellhom iż-żewġ timijiet fil-Premier League, kienu l-partitarji ta’ Tottenham li ċċelebraw dan it-trofew tant mistenni għal club.

Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat minn Brennan Johnson li kkonkluda fix-xibka minn cross ta’ Pape Sarr.
Intant dan kien ukoll l-ewwel unur tal-kowċ Awstraljan Ange Postecoglou mat-tim minn Londra.