Futbol Sport

Hibernians se jorganizzaw it-tieni edizzjoni ta’ Tony Bezzina Memorial International Tournament

Tony Bezzina Memorial Tournament
Tony Bezzina Memorial Tournament

Għal sena oħra, l-akkademja tal-klabb tal-futbol ta’ Hibernians, se tkun qed torganizza t-tieni edizzjoni ta’ Tony Bezzina Memorial International Tournament għall-plejers taħt it-12-il sena.

L-ewwel edizzjoni ta’ dan it-turnament kienet waħda ta’ suċċess, u din id-darba se jkun qed ilaqqa’ flimkien timijiet elite minn madwar l-Ewropa, fosthom akkademji ta’ fama bħal m’huma dawk ta’ Juventus, FK Partizan Belgrad, RSC Anderlecht, FC Porto, Paris Saint-Germain u ACS New Diamonds.

Flimkien ma’ dawn il-klabbs barranin, se jkun hemm is-sehem ukoll tal-klabb li qed jorganizza dan it-turnament, Hibernians u ħames klabbs oħra Maltin; Ħamrun Spartans, Balzan. Luxol St. Andrews, San Ġwann u Żebbuġ Rangers.

Dan it-turnament se jintlagħab matul tmiem il-ġimgħa u se jkun mifrux fuq tliet t’ijiem. L-organizzaturi ta’ dan it-turnament qed iħarsu lejn din l-attivitá bħala “celebrazzjoni tal-futbol taż-żgħażagħ fl-ifjen tagħha.”

It-timijiet parteċipanti se jkunu maqsuma fi tliet gruppi, bil-kompetizzjoni se tkun qed tibda nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar u tibqa’ sejra sa nhar il-Ħadd meta tintlagħab l-aħħar parti finali ta’ dan it-turnament internazzjonali.