Internazzjonali

Il-Ġermanja: Arresti ta’ adolexxenti li allegatament kienu qed jippjanaw l-attakki fuq l-immigranti u rivali politiċi

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat ħames adolexxenti – bejn l-etajiet ta’ 14 u 18-il sena – b’rabtiet ma’ grupp estremista tal-lemin li, allegatament, kien qed jippjana l-attakki fuq l-immigranti u l-entitajiet rivali politiċi.

L-arresti saru f’diversi Stati tal-pajjiż wara rejds fuq 13-il residenza assoċjati mal-grupp estremsta bl-isem ‘L-Aħħar Ħajt ta’ Difiża’.

Il-Prosekuturi Federali, bħalissa, qed iħejju l-akkużi kontra l-arrestati li isimhom sħiħ ma kienx żvelat minħabba l-liġijiet tal-Ġermanja li jirrigwardaw il-privatezza.

Dan meta erba’ fost l-arrestati huma suspettati bħala attivisti ewlenin ta’ entità inkarigata mit-terrur fuq livell domestiku – u bil-ħames persuna qed ikun suspettat bħala ‘sostenitur’ ta’ sħabu.

Tnejn mill-arrestati huma anki akkużati dwar attentati ta’ omiċidju kif ukoll dwar każi li jinvolvi ħruq ta’ proprjetà.