Lokali

“Il-Partit Laburista għandu jsejjaħ elezzjoni biex isir dak li jixtiequ r-residenti” – Bernard Grech

I-riżultati tal-Kunsilli Lokali fil-Għargħur kienu ċari, u għalhekk il-Partit Laburista għandu jsejjaħ elezzjoni f’din il-lokalita, biex b’hekk ir-residenti jkunu jistgħu jerġaw jivvutaw.

Il-Partit Nazzjonalista min dejjem kien, għadu u ħa jibqa jkun it-tarka tad-demokrazija f’pajjiżna.

Ħa nkun ċar, il-Partit Nazzjonalista min dejjem kien, għadu u ħa jibqa jkun it-tarka tad-demokrazija pajjiżna, dan għax il-Partit Nazzjonalista dejjem kien iffukat biex jiddefendi d-demokrazija u jifri s-soluzzjoniiet li jgħinu lin-nies.

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, waqt ir-rally ta’ solidarejtà fil-Għargħur.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, sostna li Robert Abela ien iktar iffukat biex jisraq il-Kunsill Lokali tal-Għargħur milli biex jindirizza l-problemi tan-nies, bir-rata li biha qed tiżdied il-ħajja kompliet togħla.

Bernard Grech għamel referenza wkoll għal kif Robert Abela iddeċieda li l-MEP Laburista Daniel Attard huwa inoċenti minkejja li dan qed jiġi investigat mill-Pulizija Belġjana. B’Abela jagħmel hekk ukoll ma’ Ronald Mizzi, li minkejja li għaddu għaddej proċeduri fil-Qorti b’rabta mal-iskandlu tal-Vitals u Steward, Abela wkoll iddeċieda li huwa innoċentu u reġa ħatru Segretarju Parlamentari.

Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista, jisħaq li l-Gvern ta Robert Abela qed jigdeb ukoll dwar l-emedi kostituzzjonali. Dan hekk kif wara li l-Partit Nazzjonalista ħabbar l-pożizzjoni tal-Grupp Parlamentari tiegħu li hija favur riforma sħiħa tal-Kostituzzjoni, u mhux bil-biċċiet, Robert Ablela ħareġ jgħid li l-Partit Nazzjonalista esprima xi qbil mal-emendi li ppropona hu.