Lokali

“In-nuqqas ta’ demokrazija twassal biex ma ssirx ġustizzja” – Michaela Ann Bayliss

Aħna bħala żgħażagħ nafu li hawn min irid ikompli jkisser id-demokrazija, għax in-nuqqas ta’ demokrazija twassal biex ma ssirx ġustizzja.

Hekk sostniet iż-żagħżugħa u kunsilliera fil-Mosta Michaela Ann Bayliss, waqt ir-rally ta’ solidarjetà fil-Għargħur fejn spjegat li d-demokrazija hija pilastru tas-soċjeta u permess tad-demokrazija biss jista’ pajjiżna jimxi l-quddiem.

Bħala żagħżugħa hija saħqet li tried il-futur tagħha u tal-ġenerazzjoni tagħha jkun f’pajjiż demokratiku, b’istituzzjonijiet demokratiċi, b’governanza u b’elezzjonijiet demokratiċi, li jirrifletu r-rieda tal-maġġoranza waqt li jirrispettaw l-opinjoni tal-minoranza.

Kien hawn fejn fakret li kien il-Partit Nazzjonalista li ħadem tant biex is-soċjeta Maltija tkun ibażata fuq il-valuri tad-demokrazija u tal-libertà, li huma l-pilastri tant għeżie’ għall-Partit Nazzjonalista.

Waqt id-diskors tagħha Bayliss iddeskriviet dak li ġara fil-Għargħur bħala xokk għad-demokrazija fil-pajjiż, li kienet manuvra biex jisraq il-maġġoranza tal-Kunsill Lokali. B’din il-mossa tal-Labour, titqies aktar perikoluża hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela u l-Partit Laburista li minflokk jesprimu l-prinċipji tad-demokrazija jitkellmu kontra tmexxija mill-maġġoranza u favur kontroll mill-minoranza tal-Partit Laburista.

Hi temmet id-diskors tagħha b’messaġġ qawwi biex il-poplu kollu jaħdem biex jiddefendi d-demokrazija, is-saltna tad-dritt u l-governanza.