Lokali Parlament

Qasma fil-Partit Laburista wara n-nuqqas ta’ rikonoxximent għall-Istat Palestinjan

Il-Prim Ministru jirrifjuta li ssir dikjarazzjoni konġunta mill-parlament Malti dwar l-aċċess tal-għajnuna umanitarja f’Gaza

Il-fatt li l-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela għadu ma jridx jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan qed taqsam bil-kbir lill-Gvern u l-Partit Laburista tant li issa d-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba qed jisnsiti li l-Gvern Malti għandu jirirkonoxxi l-Istat Palestinjan b’mod immedjat.

Il-kwsitjoni tar-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan kienet trattata fil-parlament waqt dibattitu parlamentari wara stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Robert Abela.

F’dan id-dibattitu tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, id-Deputati Nazzjonalisti Mario de Marco, Darren Carabott u Albert Buttigieg u d-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis.

Fl-istqarrija ministerjali, il-Prim Ministru tkellem dwar il-bastiment Concience, is-Summit tal-Komunitá Politika Ewropea u l-laqgħat li kellu mar-Re tal-Ġordan.

Dwar il-bastiment Conscience, il-Prim Ministru qal li din kienet sitwazzjoni sensittiva u fluwida li fiha kien hemm il-prijoritá tal-interess nazzjonali. Il-gvern ħa deċiżjoni mmedjata li l-vapur jingħata l-għajnuna barra mill-ibħra territorjali Maltin waqt li l-ekwipaġġ jingħata l-għajnuna f’Malta u jmu f’liema pajjiż irid.

Il-Prim Ministru qal li din il-ħidma saret b’kollaborazzjoni mal-Gvern Tork u rringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għall-pożizzjoni li ħa f’din il-kwistjoni. Robert Abela tkellem dwar il-ħsarat li saru fuq il-vapur, l-informazzjoni li ngħatat lill-Ambaxxatur Paestinjan u l-pożizzjoni li ħa l-Gvern Malti.

Robert Abela tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani b’enfasi dwar dak li qed iseħħ f’Gaza.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech rringarzzja lill-Prim Ministru għall-mod kif ikkollabora mal-Oppożizzjoni fuq il-kwistjoni dwar il-bastiment Conscience. Hu qal li l-Prim Ministru kien se jsibu dejjem lest li jikkopera fl-interess nazzjonali sakemm il-Prim Ministru jaġixxi bi trasparenza.

Dwar Gaza, il-Kap tal-Oppożizzjoni appella biex il-parlament jagħmel dikjarazzjoni konġunta li jaqbel li jkun hemm il-waqfien mill-ġlied u t-twassil immedjat tal-għajnuna umanitarja f’Gaza. Hu tkellem dwar ir-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan u staqsa lill-Prim Ministru x’inhu jżommu milli jirrikonxxi dan l-Istat.

Dan, iktar u iktar meta propju ftit ilu, id-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba ddikjara li l-Gvern Malti għandu jirrikonoxxi l-Istat Palenstinjan u allura qed jaqbel mal-pożizzjoni tal-PN.

Hu stieden lill-Prim Ministru jgħid għaliex għadu qed isostni li għadu mhuwiex il-mument opportun li jappoġġja il-ħolqien ta’ Stat Palestinjan

Bernard Grech rrifera għall-ftehim li l-Prim Ministru tkellem dwaru u li jiffoka fuq l-enerġija u l-ilma mal-Ġordan u appella lill-Prim Ministru biex jagħti iktar dettalji dwar dan.

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott enfażizza li l-Prim Ministru għandu jirrikonoxi l-Istat Palenstinan.

Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li r-rikonixximent tal-Istat tal-Palestina hu l-uniku mod ki nistgħu nagħtu l-kontribut għall-paċi. Hu qal li Spanja, l-Iranda, in-Norveġja u anki s-Slovenja rrikonoxxew l-Istat tal-Palestinja u għalhekk il-Prim Ministru pparetċipa f’summit li fih Malta kienet wieħed mill-pajjiżi li għadha ma rrikonoxxietx dan l-Istat. Inutli li ssir diskussjoni dwar ir-rikonoxximent taż-żewġ stati jekk il-gvern Malti ma jirrikonoxxix l-Istat Palestinjan. Hu staqsa jekk il-gvern Malti hux se jibgħat għall-Abaxxatur Iżraeljan biex jiddiskuti miegħu dak li qed iseħħ f’Gaza kif għamel il-Gvern Ingliż.

Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg semma’ dak li qed iseħħ f’Gaza u staqsa x’inhi l-pożizzjoni konkreta tal-Gvern Malti quddiem din is-sitwazzjoni mhux aċċettabbli f’Gaza. Hu staqsa jekk kienx hemm kuntatt mal-Ambaxxata ta’ Iżrael f’Malta.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta ma’ żbilanċjatx ruħha kontra l-poplu Palestinjan u favur Iżrael. Hu sostna li Malta ilha tiddiskuti r-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan 40 sena u kompla li qatt daqs fl-aħħar xhur m’hemm ċirkostani li se jwasslu għar-rikonoxximent eventwali tal-Istat Palestinjan. Robert Abela qal li kien iffirma dikjarazzjoni li meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, l-Gvenr Malti jirrikonoxxi l-Istat Palenstinjan. Hu sostna li hu mistenni li jkun hemm żviluppi oħra li jqarrbu r-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan.

Il-Prim Ministru qal l-kwistjoni hi meta l-Istat Malti se jirrikonoxxi l-Istat Palestjan u mhux jekk.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li kien talab ill-PN biex issir dikjarazzjoni konġunta dwar l-aċċess għall-għajnuna umanitarja f’Gaza iżda l-Prim Ministru ma kien qal xejn. Il-Prim Minsitru Robert Abela wieġeb li din id-dikjarzzjoni diġà saret mill-Istat Malti.