Lokali Parlament

Jeħtieġ messaġġ pożittiv lill-ħaddiema tal-gvern

Claudette Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-Parlament li l-ħaddiema tal-gvern li jaħdmu fit-taqsima procurement għaddejjin minn frustrazzjoni kbira u appellat biex jintbagħat messaġġ pożittiv u tajjeb lil dawn il-ħaddiema. Dawn huma ħaddiema li jħossu li huma mweġġgħa minkejja l-esperjenza u l-kapaċità li huma għandhom.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li dawn il-ħaddiema huma demolarizzati u jistqasu jekk id-deċiżjonijiet fit-taqsima tagħhom hux qed jittieħdu b’mertu. Il-qofol tad-dibattitu dwar dan is-settur huma l-kontabbiltà u t-trasparenza, sostniet Claudette Buttigieg, li sostniet li l-poter qed jiżdied għand il-Prim Ministru.

Għalhekk il-messaġġ lil dawn il-ħaddiema hu li dawn qiegħdin hemm għalxejn.