Lokali

Kunċert fil-Belt mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta

Il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tippreżenta l-kunċert An Evening of Film Classics in Concert fil-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt, nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Ġunju fis-7.30pm.

Il-kunċert se jkun organizzat b’risq l-isptar li jispeċjalizza fil-kura tal-għajnejn tas-St. John Ambulance f’Ġerusalemm u tal-Holy Family Hospital f’Ġerusalemm.

L-isptar f’Gaza, qed jilqa’ fih nies u pazjenti ta’ kull età li għandhom bżonn kura speċjalizzata fl-għajnejn u li qed tkun apprezzata ferm minn persuni li għaddejjin minn żminijiet mhux faċli minħabba l-gwerra li għaddejja f’din iz-zona ta’ gwerra.