Sport

L-għaxar tappa tal-Giro d’Italia

Ritratt: EPA

Wara ġurnata ta’ mistrieħ, l-għaxar tappa tal-Giro d’Italia kienet il-prova individwali kontra l-ħin fuq distanza ta’ 28.6 kilometri bejn Lucca u Pisa.

Suċċess għal Daan Hoole tal-Olanda għal Lidl-Trek li għamel id-distanza fi 32 minuta 30 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 7 sekondi fuq il-Britanniku ta’ Ineos Granadiers  Joshua Tarling. Fit-tielet post il-Britanniku Ethan Hayter għal Soudal Quick Step b’distakk ta’ 10 sekondi. Fir-raba’ post temm it-Taljan għal Soudal Quick Step Matteo Cattaneo b’distakk ta’ 23 sekonda minn Daan Hoole, filwaqt li fil-ħames post temm Eduardo Affini tal-Italja għal Team Visma Lease a Bike b’distakk ta’ 24 sekonda.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post il-Messikan Isaac del Toro ta’ UAE Team Emirates b’total ta’ 34 siegħa 11 il-minuta 37 sekonda. Warajħ Juan Ayuso ta’ Spanja wkoll għal UAE Team Emirates b’distakk ta’ 25 sekonda qabel it-Taljan Antonio Tiberi tal-Italja għal Bahrain Victorious b’distakk ta’ 1 minuta u sekonda.

Fir-raba’ post il-Britanniku Simon Yates ta’ Team Visma Lease a Bike b’distakk ta 1 minuta 3 sekondi u s-Sloven Primoz Roglic għal Red Bull Bora HansGrohe b’distakk ta’ 1 minuta u 18 il-sekonda.

Il-11-il prova hija fuq distanza ta’ 186 kilometru bejn Viareggio u Castelnovo ne’ Monti.