Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara esprima t-tħassib tiegħu għall-mod kif qegħdin isiru x-xogħlijiet fiz-
zona tas-Swatar. Fil-preżent, il-Kunsill Lokali innota li qegħdin isiru xogħlijet mil-Korporazzjoni Enemalta fi Triq Olaf Gollcher, Triq Vincenzo Bugeja, Triq il-Pleju, Triq P.Borg Olivier, Triq Joseph A. Deacon, Pjazza l-Eroj, Triq Mro. Giuseppe Camilleri u Triq Borg.
Dwar l-operat, il-Kunsill Lokali talab laqgħa lill-istess korporazzjoni Enemalta bil-għan li jingħata pjan ta’ kif ser isiru x-xogħlijiet. Waqt I-istess laqgħa, gejna infurmati li kien ġie deċiż li apparti l-Enemalta, fl-istess toroq kien ser ikun hemm ukoll interventi minn WSC liema interventi naturalment itawlu mhux ftit iz-żmien sabiex jitlesta x-xogħol u għaldaqstant iżid I-inkonvenjent lir-residenti.
Il-Kunsill Lokali talab li tinżamm laqgħa bejn il-partijiet bil-għan li jitfassal pjan ta’ kif ser isiru x-xogħlijiet u jittieħdu l-miżuri kollha meħtiega sabiex jitnaqgas l-inkonvenjent għar-residenti.
Fosthom, il-Kunsill Lokali talab li l-wiċċ tat-triq temporanju jkun wieħed tali li filwagt li jnaqgas ir-riskju ta’ ħsarat fil-vetturi, jelimina kemm jista’ jkun terrapien.
Sfortunatament, it-talbiet tal-Kunsill Lokali jidher li ma ġewx milqugħa għaliex ġie nnotat li x-xogħlijiet tkomplew, bil-Kunsill Lokali jirċievi ilmenti b’mod kontinwu dwar inkonvenjent li qegħdin ikollhom jaffaċċjaw.
Filwagt li l-Kunsill Lokali mhuwiex kontra x-xogħlijiet infushom, jemmnu li l-investiment li qiegħed isir ser igawdu minnu r-residenti, jiddeploraw il-mod ta’ kif ġie trattat il-Gvern Lokali u l-fatt li minkejja li jingħad li l-Kunsilli Lokali għandhom rwol kruċjali fi proġetti simili, dan ma kienx il-każ.
//= $special ?>