Lokali

Pubblikazzjoni għat-tfal mill-Kunsill Lokali tal-Mosta

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta ser jkun qed jippubblika ktieb maħsub apposta għat-tfal, li jfakkar il-50 anniversarju (1975 – 2025) mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tat-Tlugħ fis-Sema tal-Omm t’Alla, meqjum fil-Bażilika u Santwarju tagħha fil-Mosta.

Ġawhra Sbejħa jiġbor fih rakkont adattat għat-tfal, imżewwaq b’elementi interattivi ta’ augmented reality (AR) u attivitajiet edukattivi oħra sabiex jagħmel l-esperjenza tat-tfal waħda interessanti u divertenti.

Dan il-proġett għandu valur edukattiv, kulturali u spiritwali, u għandu jkun ta’ interess għall-ġenituri u l-edukaturi.

It-tnedija tal-ktieb ser issir il-Ġimgha 23 ta’ Mejju, fis-Sala tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.