Eks uffiċjal ewlieni tal-Ukrajna spiċċa maqtul minn tiri waqt li kien fil-viċinanzi ta’ skola tal-Amerikani f’Madrid… tip rari ta’ assassinju li seħħ waqt li t-tfal kienu għadhom deħlin fl-iskola u meta l-awtoritajiet, sal-bieraħ, ma kellhom l-ebda ħjiel dwar l-identità tal-assassin jew assassini.
Il-vittma, Andriy Portnov ta’ 51 sena, spiċċa aggredit eżatt wara li kien wassal lill-uliedu l-iskola fiz-zona ta’ Pozuelo de Alarcón u meta raġel mar warajh u spara t-tiri fatali qabel ħarab lejn foresta li tifforma parti minn park pubbliku.
Portnov għamel żmien bħala deputat parlamentari u Viċi Kap fl-amministrazzjoni ta’ Viktor Yanukovych – l-Eks President Ukren favur ir-Russja li kien tkeċċa mill-poter fl-2014 wara xhur ta’ protesti fi Kiev.
Andriy Portnov kien ħarab mill-Ukrajna wara r-rivoluzzjoni u fl-2021 kien spiċċa sanzjonat mid-Dipartiment tat-Teżor fl-Istati Uniti fost akkużi li hu kien ħa l-passi biex jikkontrolla l-ġudikatura u jtellef l-isforzi lejn ir-riformi fl-Ukrajna.
//= $special ?>