Sport

Titħabbar il-mewt ta’ Nino Benvenuti… wieħed mill-aqwa boxers ta’ kull żmien

Fl-Italja tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aqwa boxers ta’ kull żmien NINO BENVENUTI. Imwieled f’Istria fis-26 ta’ April 1938 huwa miet Ruma fl-eta’ ta’ 87 sena.

Fil-karriera bħala professjonali kellu xejn anqas minn 90 ġlieda li minnhom rebaħ 82, b’35 minnhom b’knock out, waħda draw u tilef biss 7 darbiet.

Fl-Olimpijadi ta’ Ruma fl-1960 kien rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kategorija welterweight. Darbtejn champion tal-Ewropa Light middle-weight fl-1957 fi Praga u fl-1959 f’Lucerne.

Klassici t-tlett ġlidiet bejn l-1967 u l-1968 kontra Emile Griffiths fil-Madison Square Garden, fi New York għat-titlu dinji tal-middleweight.

Fl-1992 iddaħħal fil-Hall of Fame tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Boxing.